Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
AĦNA MHUX SE NISKTU   |  Il-President tilqa' lis-Soċjetà Ċivili; Jitolbu r-riżenja mmedjata tal-Kummissarju u l-AĠ   |  "Mhux eskluż li l-assassinju kien ikkummissjonat minn politiċi" - Oħt DCG   |  Ritratti: Quddiem id-Depot isejħu għar-riżenja tal-Kummissarju tal-Pulizija

Ritratti: Bank ġdid tal-APS f’Tas-Sliema

11/10/17 02:05 PM

Il-Bank APS, din il-ġimgħa fetaħ fergħa ġdida fi Triq it-Torri, f’Tas-Sliema. Dan hekk kif ġie mħabbar fix-xhur li għaddew li l-bank għaddej minn trasformazzjoni tal-ambjent tiegħu fejn jilqa’ fi ħdanu bosta klijenti kuljum.

Il-fergħa ġdida tiġbor fiha teknoloġija innovattiva li se twassal għall-esperjenza aħjar għall-klijent, fosthom numru ta’ Teller Cash Recyclers (TCRs) li tfisser tranżazzjonijiet aktar effiċjenti mill-kaxxiera. Wieħed jista’ wkoll jagħmel użu mit-touchscreens interattivi biex jibbukja appuntament jew biex jakkwista aktar tagħrif dwar il-prodotti tal-Bank APS. Il-bank għandu wkoll ATM u magna fejn isir id-depożitu, disponibbli 24 siegħa kuljum.

L-għan ta’ dan il-proġett hu li jagħti dehra aktar kontemporanja lill-bank, pass importanti li miexi id f’id mal-espansjoni li għaddejja fil-bank f’dak li għandu x’jaqsam man-network tiegħu, biex jilħaq aktar klijenti minn qatt qabel.

Il-fergħa tal-APS fi 226, Triq it-Torri f’Tas-Sliema se titnieda uffiċjalment għada fis-6pm. L-Isqof t’Għawdex Mario Grech se jattendi ċ-ċerimonja tal-ftuħ.