Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
“Ejjew ma nibżgħux, imma nibżgħu għal xulxin” – L-Arċisqof   |  "Irrid li l-libelli li fetaħ Chris Cardona kontra ommi ma jaqgħux" - Iben DCG   |  Il-GWU tgħid li d-dimostrazzjoni tal-Ħadd kompliet tifred   |  Żagħżugħa tinżamm arrestata fuq suspett li qatlet lil binha tarbija

Tfajla Maltija tirbaħ konkors tas-sbuħija bejn 40 pajjiż

11/10/17 02:58 PM

Dajana Laketic, tfajla Maltija ta’ dixxendenza Serbjana, li għandha 26 sena u toqgħod is-Swatar, ġiet inkurunata bħala Miss Princess of the World 2017, konkors ta’ sbuħija li fih ikkompetew 40 pajjiż differenti fosthom Malta.

Dajana rnexxielha tirbaħ ukoll żewg unuri oħra li huma Best National Costume u Miss Bikini. L-Arġentina ġiet fit-tieni post, filwaqt li s-Slovakkja ġiet fit-tielet post.

Din is-sena minn fost dawn l-40 kontestanta ġew magħżula 8 finalisti sabiex l-ewwel itiru lejn Barċellona imbagħad jitilgħu abbord l-MSC Meraviglia fejn itellgħet il-finali ta’ dan il-konkors.

Malta kienet waħda minn dawn il-finalisti li żaru bosta postijiet fosthom Marsilja, Ġenova, Napli u saħansitra Malta stess.

Id-diretturi nazzjonali ta’ Malta huma Alan J. Darmanin u Jeff Francalanza ta’ Glow Promotions.

Dajana, li hija HR Manager, titkellem seba’ lingwi fosthom il-Malti, l-Ingliż, l-Ispanjol, is-Serb, it-Taljan, il-Kroat u l-Maċedonjan. Din kienet il-ħames darba li Dajana rrapreżentat lil Malta barra minn xtutna.

Fis-serata finali, hija ġiet inkurunata mill-kaptan tal-vapur kif ukoll mid-direttur tal-konkors Viktor Krca.

Dajana rebħet bosta rigali fosthom flus kontanti, appartament għal sena fir-Repubblika Ċeka, titjiriet u akkomodazzjoni għall-Kanada, bosta lbiesi mid-diżinjatriċi Jirina Tauchmanova, prodotti ta’ sbuħija, kif ukoll ħafna rigali oħrajn.