Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
“Ejjew ma nibżgħux, imma nibżgħu għal xulxin” – L-Arċisqof   |  "Irrid li l-libelli li fetaħ Chris Cardona kontra ommi ma jaqgħux" - Iben DCG   |  Il-GWU tgħid li d-dimostrazzjoni tal-Ħadd kompliet tifred   |  Żagħżugħa tinżamm arrestata fuq suspett li qatlet lil binha tarbija

​9 minn kull 10 studenti jkomplu jistudjaw wara l-Form 5

Stefan  Pullicino  -  12/10/17 11:58 PM

Il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo qal li skont studju li sar dan l-aħħar, jirriżulta li 9 minn kull 10 studenti li jlestu l-iskola sekondarja fil-livell ta’ Form 5, ikomplu jistudjaw.

Fil-Kamra tad-Deputati, il-Ministru Bartolo ikkwota minn dak li jissejjaħ “Tracer Study” li sar f’April tas-sena l-oħra, u li d-dettalji tiegħu mistennija jiġu ppubblikati dalwaqt.

Ippreċiża li r-rata ta’ studenti ta’ 16-il sena li jkomplu jistudjaw, jammontaw għal 92% ta’ dawk li jattendu fl-iskejjel statali, 99% ta’ dawk li jattendu l-iskejjel tal-Knisja, u 98% ta’ dawk li lestew l-istudji sekondarji tagħhom fi skejjel indipendenti.

Il-Ministru Bartolo qal li diġà qed isiru thejjijiet biex f’Settembru ta’ sentejn oħra, jibda l-programm magħruf bħala “My Journey” li se joffri lill-istudenti aktar għażliet ta’ suġġetti vokazzjonali u applikati.