Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
“Ejjew ma nibżgħux, imma nibżgħu għal xulxin” – L-Arċisqof   |  "Irrid li l-libelli li fetaħ Chris Cardona kontra ommi ma jaqgħux" - Iben DCG   |  Il-GWU tgħid li d-dimostrazzjoni tal-Ħadd kompliet tifred   |  Żagħżugħa tinżamm arrestata fuq suspett li qatlet lil binha tarbija

Erġajna għall-baħar?

Yendrick  Cioffi  -  12/10/17 05:42 PM

Jekk int wieħed minn dawk li ma taqtax qalbek mill-baħar, jew inkella tħobb xi mixja sabiħa fil-kampanja, se jkollhok tmiem il-ġimgħa ideali.

Skont l-App ta’ FirstMalta, f’dan tmiem il-ġimgħa se nistennew ftit temperaturi ogħla mill-medja ta’ dan il-perjodu.

It-temp se jkun pjuttost xemxi u sema sabiħ blu.

Għada, il-Ġimgħa 13 ta’ Ottubru t-temp se jkun ftit imsaħħab b’temperatura ta’ 24 grad filgħodu u 17-il grad filgħaxija.

Iżda s-Sibt u l-Ħadd it-temp se jibnazza u t-temperaturi titla’ sa 25 grad u tinżel sa 16.

Ir-riħ mistenni jkun varjabbli, Forza 2 għal 3.

Skont l-Uffiċċju Meteoloġiku tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, sa nhar il-Erbgħa nibqgħu nesperjenzaw temperaturi ogħla mill-medja.