Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
“Ejjew ma nibżgħux, imma nibżgħu għal xulxin” – L-Arċisqof   |  "Irrid li l-libelli li fetaħ Chris Cardona kontra ommi ma jaqgħux" - Iben DCG   |  Il-GWU tgħid li d-dimostrazzjoni tal-Ħadd kompliet tifred   |  Żagħżugħa tinżamm arrestata fuq suspett li qatlet lil binha tarbija

​Filmat: X'għamlet malli qalulha li se tiġi adottata?

Josianne  Camilleri  -  12/10/17 02:45 PM

Il-kamera fi skola f’Utah l-Istat Unti qabdet il-mument emozzjonali meta studenta ta’ ħdax-il sena saret taf li kienet se tiġi adottata mill-familja li ilha sentejn toffrilha kenn bil-fostering.

Tanna Butterfield qabżet f’idejn l-amministratiċi tal-iskola, Jackie Alexander, wara li semgħet l-aħbar.

Alexander, li ilha taf l-istudenta għal sentejn, qalet li setgħet tħoss l-eċitament u l-ferħ kollu li bdiet tħoss it-tifla dak il-ħin. Tispjega li ma setgħux jieqfu jitgħannqu.

L-amministratriċi irċeviet telefonata mingħand Jen Fisher, l-omm li toffri fostering lit-tifla u qaltilha biex tgħaddi l-aħbar sabiħa lit-tifla, li hi u żewġha kienu se jaddottawha b’mod uffiċjali.

L-omm setgħet taqsam l-aħbar wara d-deċiżjoni tal-qorti dakinhar stess. Qalet li ma xtaqitx tħalli t-tifla tistenna biex tkun taf sa ma tmur lura d-dar mill-iskola.