Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
“Ejjew ma nibżgħux, imma nibżgħu għal xulxin” – L-Arċisqof   |  "Irrid li l-libelli li fetaħ Chris Cardona kontra ommi ma jaqgħux" - Iben DCG   |  Il-GWU tgħid li d-dimostrazzjoni tal-Ħadd kompliet tifred   |  Żagħżugħa tinżamm arrestata fuq suspett li qatlet lil binha tarbija

Għandi dritt nitlob rimedju fuq dan il-prodott?

12/10/17 04:11 PM


Bħala konsumaturi għandna d-dritt li l-prodotti li nixtru jkunu skont il-qbil li jkun sar mal-bejjiegħ meta jiġi konkluż ix-xiri. Meta dan ma jseħħx, l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur jagħtina d-dritt li nitolbu rimedju. X’għandek iżżomm f’moħħok?

1. Ara li kollox kif suppost

Il-prodott jrid jkun skont id-deskrizzjoni li hemm fil-kuntratt tal-bejgħ u jrid ikollu l-karatteristiċi, l-ispeċifikazzjonijiet u l-kwalitajiet li l-bejjiegħ ikun wiegħed jew wera lill-konsumatur qabel ix-xiri.

2. Ara li l-prodott huwa addattat

Il-prodotti għandhom ikunu addattati għall-użu li prodotti simili normalment jagħmlu u għall-użu li l-konsumatur għandu bżonnhom u li nfurmaw lill-bejjiegħ waqt ix-xiri. Għaldaqstant, huwa importanti li jekk ikollna bżonn prodott għal għan speċifiku għandna ninfurmaw lill-bejjiegħ u nispjegawlu għalxiex ħa nużawh.

3. Ara li l-prodott huwa kif xieraq

Il-prodotti li nixtru bħala konsumaturi għandu jkollhom l-istess kwalità u prestazzjoni li jkollhom prodotti tal-istess tip u li aħna bħala konsumaturi nistennew li jkollhom skont in-natura tal-prodotti.

Minkejja li l-liġi tistipula li prodotti li ma jkunux konformi mal-ftehim tax-xiri għandhom jew jissewwew jew jinbidlu, il-bejjiegħ jista’ l-ewwel jagħżel biex isewwi l-prodott jekk il-bdil tal-prodott ikun ħa jimponi spejjeż mhux raġonevoli fuqu.


Din l-informazzjoni ġiet miġjuba bis-sehem tal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur waqt il-programm Insellimlek ma’ Sonia Young kuljum bejn it-3pm u l-4.30pm fuq RTK 103FM