Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
AĦNA MHUX SE NISKTU   |  Il-President tilqa' lis-Soċjetà Ċivili; Jitolbu r-riżenja mmedjata tal-Kummissarju u l-AĠ   |  "Mhux eskluż li l-assassinju kien ikkummissjonat minn politiċi" - Oħt DCG   |  Ritratti: Quddiem id-Depot isejħu għar-riżenja tal-Kummissarju tal-Pulizija

Ħidma biex Mugabe jitneħħa mill-poter fiz-Zimbabwe

.     -  12/10/17 05:00 PM

L-Isqfijiet Kattoliċi fiz-Zimbabwe ingħaqdu ma’ forzi oħra fil-pajjiż fi sforz biex il-President tal-pajjiż Robert Mugabe li għandu 93 sena, jitneħħa mill-poter bit-tama li l-pajjiż jerġa’ jibda jieħu r-ruħ wara snin twal ta’ tmexxija ħażina.

Meta ftit jiem ilu mar biex jindirizza l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, kif kien tiela’ fuq il-podium, Mugabe kien se jaqa’ għax ma jiflaħx jimxi. Ħafna sostnew li fil-kundizzjoni attwali ta’ saħħtu hu ma għandux jerġa’ jikkontesta l-elezzjonijiet presidenzjali s-sena d-dieħla.

Għalkemm ħabbar li xorta se jikkontesta l-elezzjoni, din id-darba se jkollu sfida qawwija minn koalizzjoni ta’ partiti fl-oppożizzjoni li hi determinata li tneħħih mill-poter.

Meta ħadet l-indipendenza, Zimbabwe li qabel kienet magħrufa bħala Rhodesia,  kellha ekonomija tajba ħafna imma għal dawn l-aħħar 10 snin il-pajjiż qed jiffaqja kriżi ekonomika kbira b’ħafna qgħad, servizzi pubbliċi mkissra, nuqqas ta’ flus f’idejn il-poplu. Ir-reġim ta’ Mugabe hu akkużat ukoll li qed ifixkel lill-Oppożizzjoni u ma josservax is-Saltna tad-Dritt.ż

Fost dawk li qed jaħdmu għal bidla fil-pajjiż hemm l-Isqfijiet Kattoliċi li ħarġu Ittra Pastorali li fiha qalu li “f’dan iż-żmien ta’ qabel l-elezzjoni ejja naraw li l-partit li se jikkontestaw ikollhom aċċess għall-media biex ikollna dibattitu pubbliku b’saħħtu fuq il-kwestjonijiet li qed jaffettwaw lill-pajjiż. Irridu nassiguraw li kollox isir skont ir-regoli”.

L-Isqfijiet talbu lill-President Mugabe biex jimxi mal-Kostituzzjoni tal-pajjiż. Hu dover tal-Gvern li jeduka lill-votanti dwar il-proċess tal-votazzjoni, inkluż kif wieħed jirreġistra għall-vot. Diversi saċerdoti qed jagħmlu appelli biex jaħdmu għall-bidla fil-pajjiż.

Fr. Rungano Muchineripi qal li l-“poplu taz-Zimbabwe ġie ridott għal tallab minn Gvern irresponsabbli, korrot u ħażin.  Issa rridu nagħmlu kampanja ta’ edukazzjoni qawwija mal-votanti. Aħna nsara u dak li nagħmlu ma nistgħux nisseparawh mill-politika tagħna.  Meta taf x’inhu mistenni minnek bħala Kattoliku, semma’ leħnek permezz tal-vot tiegħek”.