Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
“Ejjew ma nibżgħux, imma nibżgħu għal xulxin” – L-Arċisqof   |  "Irrid li l-libelli li fetaħ Chris Cardona kontra ommi ma jaqgħux" - Iben DCG   |  Il-GWU tgħid li d-dimostrazzjoni tal-Ħadd kompliet tifred   |  Żagħżugħa tinżamm arrestata fuq suspett li qatlet lil binha tarbija

Il-Papa jawgura lill-Maltin titjib fil-kwalità tal-ħajja barra progress ekonomiku

Yendrick  Cioffi  -  12/10/17 08:17 PM

In-Nunzju Appostoliku ġdid għal Malta, Monsinjur Alessandro D’Errico, qal li l-Papa Franġisku jixtieq li ħafna affarijiet pożittivi jinkisbu bis-saħħa tal-progress ekonomiku li Malta rreġistrat matul is-snin. Fl-istess waqt il-Papa wera x-xewqa li flimkien mal-progress ekonomiku ikun hemm, anzi jiżdiedu,  l-inizjattivi li jtejbu l-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadin, speċjalment dawk l-iżjed vulnerabbli.

In-Nunzju Appostoliku kien qed jitkellem waqt riċeviment li sar illejla fil-Palazz ta’ San Anton, wara li dalgħodu ppreżenta l-kredenzjali tiegħu lill-President tal-Repubblika, Marie Louise Coleiro Preca.

In-Nunzju tkellem dwar ir-relazzjoni bejn l-Istat tal-Vatikan u Malta u qal li l-Papa Franġisku huwa kuntent bill-kollaborazzjoni li dejjem kien hemm bejniethom.

In-Nunzju Appostoliku faħħar ukoll il-ħidma tal-Knisja f’Malta u qal li fil-ftit ġimgħat li ilu Malta nnota s-sehem pożittiv li din tagħti fl-oqsma tal-kultura, l-edukazzjoni, is-saħħa, l-għajnuna lil dawk fil-bżonn u fil-ħidma tagħha biex tipproteġi d-drittijiet umani.

In-Nunzju qal li l-Papa jsegwi b’attenzjoni kbira s-sehem ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea biex ikunu indirizzati sitwazzjonijiet diffiċli bħall-immigrazzjoni u ħeġġeġ kemm lill-istat u anke lill-Knisja biex jippromovu u jieħdu miżuri li jirrispettaw id-dinjità ta’ kull persuna.

Hu qal li jkun kuntent  li jagħti sehmu fit-tiftix ta’ inizjattivi u proposti li jgħinu lil Malta taffaċċja l-isfidi, kemm dawk lokali u anke internazzjonali. Barra minn hekk huwa kuntent biex jagħti l-kontribut tiegħu biex tikber il-kollaborazzjoni mal-Awtoritajiet u l-istituzzjonijiet ċivili.

Ritratti: Ian Noel Pace