Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
“Ejjew ma nibżgħux, imma nibżgħu għal xulxin” – L-Arċisqof   |  "Irrid li l-libelli li fetaħ Chris Cardona kontra ommi ma jaqgħux" - Iben DCG   |  Il-GWU tgħid li d-dimostrazzjoni tal-Ħadd kompliet tifred   |  Żagħżugħa tinżamm arrestata fuq suspett li qatlet lil binha tarbija

MHSA u KSU: Inti dejjem minn flixkun tal-plastik tixrob?

Leon  Xuereb  -  12/10/17 06:26 PM

Il-Malta Health Students Association (MHSA) flimkien mal-Kunsill Studenti Universitarji llum nedew il-kampanja bl-isem A Greener Blueprint.

Dan il-proġett, li sar bħala parti minn Campaign+, għandu l-għan li jqajjem aktar kuxjenza dwar is-sostenibilità tal-immaniġġjar tal-iskart, b’mod partikolari l-plastik.

Ma’ Newsbook.com.mt  il-President tal-MHSA Kaitlyn Byrne qalet fl-Università u fl-iskejjel madwar Malta u Għawdex li l-maġġoranza tal-istudenti jużaw flixken tal-plastik biex jixorbu u wara li jużawhom jarmuhom, u riżultat ta’ dan qed ikun iġġenerat aktar skart tal-plastik.

Bħala parti minn din l-inizjattiva l-ġimgħa l-oħra waqt Freshers’ Week KSU għamlu xibka f’nofs il-kwadranglu tal-Università biex l-istudenti jarmu fiha flixken tal-plastik li jkunu użaw matul il-ġimgħa.

Tajjeb li wieħed jgħid li din kienet mimlija wara biss ftit jiem.

Għalhekk bħala parti minn din il-Kampanja, aktar kmieni llum membri tal-MHSA marru fil-kwadranglu tal-Università  jqassmu flixken apposta li l-istudenti jistgħu jintużaw aktar minn darba minflok jintremew, bl-għan li jonqos il-konsum tal-plastik.

Byrne żiedet tgħid li l-għan prinċipali ta’ din il-Kampanja hu biex in-nies isiru aktar konxji dwar l-ammont ta’ skart li niġġeneraw mill-użu tal-plastik u biex eventwalment maż-żmien innaqsu dan il-konsum.

Ritratti: MHSA u KSU