Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Mhux magħruf x’se jsir mill-Ingliż akkużat bi sfreġju ambjentali f’Għawdex

Stefan  Pullicino  -  12/10/17 11:35 PM

Se jittieħed il-parir tal-Avukat Ġenerali dwar jekk għandux jinħareġ mandat ta’ arrest biex Ingliż jinġieb Malta wara li jinsab akkużat bi sfreġju fuq il-Blat tal-Wied u l-Bajja tax-Xlendi.

L-Ingliż li bħalissa jinsab barra minn Malta, allegatament kien pinġa graffiti u għamel sfreġju ambjentali f’Għawdex.

Il-Ministru għall-Intern qal li dwar dan għadhom għaddejjin l-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett t’Għawdex.