Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Ministeru wieħed b’€16,700 f’reklami fuq FB waqt l-elezzjoni

12/10/17 08:47 PM

Il-Ministeru għat-Turiżmu nefaq €16,689 f’reklami fuq Facebook waqt il-kampanja elettorali.

Meta kien qed iwieġeb għall-mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina, il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi, fisser kif din in-nefqa saret minn entitajiet fi ħdan il-Ministeru, bejn l-1 ta’ Mejju u t-3 ta’ Ġunju li għadda.

Stqarr, li mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru, kienet l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu (MTA) li assorbiet kważi s-somma kollha.