Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
“Ejjew ma nibżgħux, imma nibżgħu għal xulxin” – L-Arċisqof   |  "Irrid li l-libelli li fetaħ Chris Cardona kontra ommi ma jaqgħux" - Iben DCG   |  Il-GWU tgħid li d-dimostrazzjoni tal-Ħadd kompliet tifred   |  Żagħżugħa tinżamm arrestata fuq suspett li qatlet lil binha tarbija

Aġġornata: Wieħed mill-arrestati pponta arma tan-nar lejn il-Pulizija

Matthew Borg  -  13/10/17 09:25 AM

Il-Pulizija arrestat 2 persuni b’rabta mas-serqa li saret il-ġimgħa l-oħra minn ħanut tal-ġojjellerija f’Tignè.

Kelliema għall-Pulizija kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt dawn l-arresti, u qalet li ż-żgħażagħ għandhom 25 u 26 sena, u huma Albaniżi.

L-arrest seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-11.30pm, u jidher li xħin il-pulizija avviċinaw liż-żgħażagħ wieħed minnhom ħareġ arma tan-nar u ppuntaha lejn l-uffiċjali.

Sadanittant, il-Ministru għas-Sigurtà Interna, Michael Farrugia, qal dalgħodu fi tweet li wieħed minn dal-persuni huwa wieħed mill-aktar imfittxija mill-Pulizija, iżda kelliem għall-Pulizija qal lil Newsbook.com.mt li dil-persuna mhix Ramazan Hysa, għax dan għadu maħrub.

Dakinhar tas-serqa, żewġ persuni, allegatament armati b'armi tan-nar, daħlu fil-ħanut Diamonds International u serqu ammont ta' ġojjellerija.

Ritratt: Arkivji