Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
“Ejjew ma nibżgħux, imma nibżgħu għal xulxin” – L-Arċisqof   |  "Irrid li l-libelli li fetaħ Chris Cardona kontra ommi ma jaqgħux" - Iben DCG   |  Il-GWU tgħid li d-dimostrazzjoni tal-Ħadd kompliet tifred   |  Żagħżugħa tinżamm arrestata fuq suspett li qatlet lil binha tarbija

ATM ġdida tal-BOV fil-Birgu

13/10/17 02:49 PM

Lejliet l-avveniment popolari tal-BirguFest 2017, il-BOV ħabbar li installa ATM ġdida fil-Birgu. Din l-ATM, li tinsab f’Nru 1, Triq Nestu Laiviera kantuniera ma’ Pjazza tal-Belt Rebbieħa, tfisser li l-Bank issa għandu flotta ta’ 95 ATM, mifruxa madwar Malta u Għawdex kollha.

Din l-ATM li mhix parti minn fergħa tal-Bank għandha touchscreen u toffri l-ġbid tal-flus, flimkien ma’ numru kbir ta’ servizzi bankarji online. Bħall-bqija tal-firxa tal-ATMs tal-BOV, din fil-Birgu hija mgħammra bit-teknoloġija tal-vuċi, li tagħmilha aċċessibbli anke għal dawk il-persuni b’vista batuta.

“Bl-installazzjoni ta’ din l-ATM, il-Bank of Valletta issa għandu ATM fiċ-ċentru ta’ kull waħda mit-Tlett Ibliet,” qal Ivo Camilleri, Kap Eżekuttiv tal-Electronic Banking fil-Bank of Valletta. “Għall-klijent tal-lum, l-aċċess 24/7 għas-servizzi bankarji huwa ta’ prijorità, u huwa għalhekk li aħna qed inkomplu ninvestu fil-flotta tal-ATMs tagħna, filwaqt li fl-istess ħin niżviluppaw aktar l-applikazzjonijiet tagħna tal-BOV Internet Banking u tal-BOV Mobile Banking.” Matul dawn l-aħħar xhur, il-Bank of Valletta installa ATM ġdida fiċ-Ċentru tax-Xjenza Interattiva Esplora f’Villa Bighi fil-Kalkara u ATM oħra fil-fergħa tiegħu fir-Rabat, Għawdex. Dan huwa konformi mal-istrateġija tal-Bank li jkun viċin il-komunitajiet li jaħdem fihom.”