Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
“Ejjew ma nibżgħux, imma nibżgħu għal xulxin” – L-Arċisqof   |  "Irrid li l-libelli li fetaħ Chris Cardona kontra ommi ma jaqgħux" - Iben DCG   |  Il-GWU tgħid li d-dimostrazzjoni tal-Ħadd kompliet tifred   |  Żagħżugħa tinżamm arrestata fuq suspett li qatlet lil binha tarbija

Filmat: Il-Caritas issejjaħ għall-volontiera fl-ikla tal-Milied

Matthew Borg  -  13/10/17 01:12 PM

Il-Caritas qed issejjaħ għal volontiera li jridu jgħinu fl-ikla tal-Milied li torganizza għall-aktar vulnerabbli.

Din hija t-tielet darba konsekuttiva li l-Caritas, bil-għajnuna tal-Caritas Youths, qed ittellgħa din l-ikla, u tul dawn is-snin rat l-għadd ta’ persuni jiżdiedu.

In-nies tiġi bi ħġarha għal bosta raġunijiet, u tajjeb jingħad li din mhix biss ikla għal min f’dil-ġurnata ma jkollux x’jiekol, iżda hi l-aktar okkażjoni għal min jinsab waħdu.

Finalment hi okkażjoni wkoll għal min m’għandux dawn l-isfidi f’ħajtu, u kemm platt ikel kif ukoll familja u ħbieb għandu ma min iqatta l-Milied, iżda jrid li dis-sena jkun Milied b’differenza.

Is-sena l-oħra 'l fuq minn 300 ruħ li nġabru fil-bini tal-Kurja għal din l-ikla, u fost persuni distinnti kien hemm ukoll l-Arċisqof, Charles Scicluna, il-President ta' Malta, Marie-Louise Coleiro Preca, u t-tenur Malti Joseph Calleja li kanta lin-nies miġbura quddiemu.

Għalhekk se ssir laqgħa l-Caritas, il-Furjana, nhar il-Ħamis 25 t’Ottubru fis-7pm, għal dawk li jixtiequ jgħinu u jkunu parti mit-tim tal-Caritas dakinhar tal-ikla.