Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
AĦNA MHUX SE NISKTU   |  Il-President tilqa' lis-Soċjetà Ċivili; Jitolbu r-riżenja mmedjata tal-Kummissarju u l-AĠ   |  "Mhux eskluż li l-assassinju kien ikkummissjonat minn politiċi" - Oħt DCG   |  Ritratti: Quddiem id-Depot isejħu għar-riżenja tal-Kummissarju tal-Pulizija

Il-Knisja fl-Ewropa tniedi mill-ġdid missjoni ta’ evanġelizzazzjoni

.     -  13/10/17 08:00 AM

L-Isqfijiet Ewropej li ltaqgħu f’Minsk fi tmiem Settembru għal-laqgħa tal-Kunsill tal-Konferenzi Episkopali Ewropej, iddeċidew li jniedi mill-ġdid missjoni ta’ evanġelizzazzjoni fl-Ewropa bit-tama li “il-vuċi ta’ Kristu tirritorna fl-Ewropa”.

Il-laqgħa kienet preseduta mill-Kardinal Angelo Bagnasco, Arċisqof ta’ Genova li sostna li l-Ewropa għad ma temmitx il-missjoni tagħha fl-istorja. Hu kkwota lill-filosfu George Philipp Friedrich von Hardenberg li fl-17899 kien qal li “jekk l-Ewropa tinħall għal kollox minn Alla, tispiċċa”. Sostna li l-kunċett tal-Ewropa ma jistax jeżisti jekk jinqata’ mill-Kristjaneżmu.  L-għeruq tal-Ewropa huma nsara kif jixhdu l-ibliet, il-kattidrali u l-kulturi tradizzjonali.

Il-Kardinal Bagnasco żied jgħid li “l-qofol tal-kriżi Ewropea aktarx hu dan il-bżonn sekulari li jħassar il-Kristjaneżmu mill-istorja”.

Bagnasco hu bniedem pragmatiku. Minflok kif se nweiġbu għal kwestjonijiet li jinqalgħu minn żmien għal żmien, hu jħares lejn l-ideat. Għalih mhux biżżejjed, per eżempju, li nirreaġixxu kontra liġijiet li jdaħħlu l-ewtanasja li qed jinfirxu madwar id-dinja, jew għal liġijiet li għandhom il-mira li jeradikaw ir-reliħjon mis-soċjeta’, jew għal atti terroristiċi. Hu jħares aktar fil-bogħod.

B’dan il-mod il-Kardinal jiffaċċja l-kwestjoni tal-“Ordni Dinji Mingħajr Alla” u fassal programm maħsub li tkun varata mill-ġdid il-missjoni nisranija bażata fuq il-proklamazzjoni tal-Evanġelju. Il-qofol ta’ dan il-programm intlaħaq fil-Konferenza ta’ Minsk – li għaliha attenda anke l-Arċisqof Charles Scicluna.  

Taħt il-gwida tal-Kardinal Bagnasco l-evanġeliżazzjoni ngħatat impetus akbar bħala tema ta’ diskussjoni biex tgħaqqad l-approċċ soċjoloġiku u teoloġiku mal-problema preżenti tal-Ewropa.

Matul din il-laqgħa  kienu ppreżentati r-riżultati ta’ diskussjoni dwar iż-Żgħażagħ fl-Ewropa. Il-Kardinal Vincent Nicholas li mexxa d-diskussjoni maż-żgħżagħ qal li dawn iridu min jismagħhom u jridu li kollox ikun iffukat fuq l-imħabba t’Alla għall-bniedem.

Dwar dan il-Kardinal Bagnasco qal li “l-problema ewlenija għaż-żgħażagħ huma l-adulti. Iż-żgħażagħ huma f’kunflitt mal-adulti. Dan il-kunflitt hu ferm differenti minn dak li kien hemm fi żmien ir-rivoluzzjoni kulturali tal-1968. Dakinhar iż-żgħażagħ irrijutaw id-dinja tal-adulti u l-istituzzjonijiet tagħha.  Illum iż-żgħażagħ ma jirrifjutawx lill-adulti b’mod radikali kemm jekk dawn huma l-ġenituri tagħhom kif ukoll jekk huma membri tal-kleru. Imma jekk hemm problema hi għax ma jarawx lill-adulti fuq in-naħa tagħhom.

Dan l-għarfien hu l-bażi tal-missjoni nisranija ġdida fl-Ewropa: “Li Nitkellmu dwar Alla” għax hu biss b’evanġeliżazzjoni vera li l-Ewropa tista’ terġa’ ssib ir-ruħ tagħha.