Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
“Ejjew ma nibżgħux, imma nibżgħu għal xulxin” – L-Arċisqof   |  "Irrid li l-libelli li fetaħ Chris Cardona kontra ommi ma jaqgħux" - Iben DCG   |  Il-GWU tgħid li d-dimostrazzjoni tal-Ħadd kompliet tifred   |  Żagħżugħa tinżamm arrestata fuq suspett li qatlet lil binha tarbija

​Il-Ministru għall-Intern jgħid li mhux se jindaħal f’investigazzjoni dwar allegat tixħim

Stefan  Pullicino  -  13/10/17 12:04 AM

Il-Ministru għall-Intern Michael Farrugia qal li bħala l-Ministru responsabbli, ma jħossx li għandu jindaħal f’każ fejn hemm investigazzjoni għaddejja dwar allegat tixħim.

Huwa kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari li ressaq id-deputat Nazzjonalista Simon Busuttil, b’rabta ma’ allegazzjonijiet ta’ tixħim fil-konfront tal-eks-segretarju eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali Jimmy Magro.

Mingħajr ma semma b’mod dirett lil Jimmy Magro, id-deputat Nazzjonalista staqsa dwar il-każ fejn uffiċjal qed jiġi investigat b’rabta ma’ allegata korruzzjoni wara li dan talab commission ta’ €25,000 fuq kuntratt ta’ riċiklaġġ.

Simon Busuttil staqsa x’passi qed jittieħdu mill-Ministru wara li l-Kummissjoni Permanenti dwar il-Korruzzjoni, ressqet dan il-każ quddiem il-Pulizija.

Għal dan, il-Ministru Farrugia filwaqt li baqa’ ġeneriku fir-risposta tiegħu, wieġeb li l-obbligi proċedurali u legali tal-Pulizija jridu jissoktaw fuq kull każ.