Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
“Ejjew ma nibżgħux, imma nibżgħu għal xulxin” – L-Arċisqof   |  "Irrid li l-libelli li fetaħ Chris Cardona kontra ommi ma jaqgħux" - Iben DCG   |  Il-GWU tgħid li d-dimostrazzjoni tal-Ħadd kompliet tifred   |  Żagħżugħa tinżamm arrestata fuq suspett li qatlet lil binha tarbija

Kalifornja: Jibqgħu jinxterdu n-nirien u jiżdiedu l-vittmi

Yendrick  Cioffi  -  13/10/17 11:53 AM

Ikompli jikber in-numru ta’ dawk li tilfu ħajjithom fin-nirien li qed jaħkmu diversi bliet u villaġġi fl-Istat ta’ Kalifornja.

Sa dalgħodu, in-numru ta’ dawk li mietu tela’ għal 31 persuna.

Apparti dawn, madwar 100 persuna għadhom mitlufa.

Ir-riħ li ħakem it-tramuntana tal-Istat fl-aħħar ħin qed jagħmilha iżjed diffiċli għall-pumpiera biex jikkontrollaw in-nirien li qed ikomplu jinfirxu b’ritmu mgħaġġel u jeqirdu dawn il-villaġġi magħrufa sewwa għal-produzzjoni tal-inbid.

Skont uffiċjali, in-nirien qerdu iżjed minn 3,500 binja u residenza u b’kollox ġew evakwati 25,000 persuna.

L-ammont ta’ dawk li mietu, jagħmel dawn in-nirien l-iżjed qerrieda f’Kalifornja.

Lura fl-1933, 29 persuna mietu wara nirien li ħakkmu Griffith Park f’Los Angeles.