Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
“Ejjew ma nibżgħux, imma nibżgħu għal xulxin” – L-Arċisqof   |  "Irrid li l-libelli li fetaħ Chris Cardona kontra ommi ma jaqgħux" - Iben DCG   |  Il-GWU tgħid li d-dimostrazzjoni tal-Ħadd kompliet tifred   |  Żagħżugħa tinżamm arrestata fuq suspett li qatlet lil binha tarbija

Stejk biz-Zalza tal-Bżar

13/10/17 11:16 AM

Riċetta ta' Anton B. Dougall

Ingredjenti:

  • 2 stejks
  • Mgħarfa butir jew margarine
  • Mgħarfa żejt taż-żebbuġa
  • 6 mgħaref brandy
  • ¼ - ½ kikkra kurrad imqatta
  • Mgħarfa mustarda
  • 2 mgħaref bżar sħiħ ħadrani
  • ¾ ta’ kikkra krema friska
  • Melħ u bżar midħun frisk

Metodu:

1. Neħħi xi grass li jista jkun hemm mal-laħam.

2. Saħħan iż-żejt u l-butir ġo taġen kbir. In-nar irid ikun minn moderat għal għoli.

3. Meta ż-żejt u l-butir jisħnu qalli l-laħam. Trid issajjar il-laħam għal madwar 8-10 minuti, jew sakemm ikun sar għal gosti tiegħek. Waqt it-tisjir trid iddawwru darba.

4. Meta l-laħam ikun sar neħħi mit-taġen u għamlu fuq platt. Trid iżżommu għas-sħana.

5. Żid il-brandy. Erġa qiegħed it-taġen fuq nar għoli sakemm il-brandy jinxtorob.

6. Żid il-kurrad u qali għal madwar 2-3 minuti. Il-kurrad irid biss jirtab. Żid il-bżar, mustarda u krema. Ħalli fuq in-nar sakemm it-taħlita tiftaħ tagħli. Trid tħawwad il-ħin kollu.

7. Kompli sajjar għal madwar 3-4 minuti sakemm iz-zalza tibda taqgħad. Fil-wiċċ roxx ftit melħ u bżar midħun frisk

8. Servi din iz-zalza mal-laħam.


Segwi aktar riċetti fuq il-programm Ta' Kulħadd ma' Christine Delicata kuljum bejn id-9am u nofsinhar u l-programm Insellimlek ma' Sonia Young kuljum bejn it-3pm u l-erba u nofs fuq RTK