Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
“Ejjew ma nibżgħux, imma nibżgħu għal xulxin” – L-Arċisqof   |  "Irrid li l-libelli li fetaħ Chris Cardona kontra ommi ma jaqgħux" - Iben DCG   |  Il-GWU tgħid li d-dimostrazzjoni tal-Ħadd kompliet tifred   |  Żagħżugħa tinżamm arrestata fuq suspett li qatlet lil binha tarbija

Tikkwadruppla l-enerġija nadifa, għalkemm tibqa' ta' 5.6%

Matthew Borg  -  13/10/17 08:46 AM

Minkejja li fl-2016 5.6% biss tal-enerġija ġġenerata f’Malta ġiet minn sorsi rinnovabbli, fl-aħħar 4 snin din it-tip ta’ enerġija nadifa kwaddrupplat, u dan skont l-NSO.

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika qal li s-sena l-oħra ġew iġġenerati 133,419-il siegħa ta’ megawatts, filwaqt li fl-2013 kienu ġew iġġenerati biss 35,447 siegħa ta’ megawatts, jiġifieri kważi 4 darbiet inqas.

Fl-aħħar statistika l-NSO iħares lejn kif u liema huma s-sorsi ewlenin tal-ġenerazzjoni tal-enerġija f’Malta fi spazju ta’ 10 snin, bejn l-2007 u l-2016.

Fost l-oħrajn, juri li 30% tal-enerġija kollha f’sena tiġi ġġenerata bejn Lulju u Settembru, fix-xhur sħan tas-sajf.

Fil-fatt, Lulju u Awwissu ġew irreġistrati l-aktar xahrejn li jixorbu enerġija, b’medja ta’ madwar 402 sigħat ta’ megawatts.

L-aktar sena li talbet enerġija kienet l-2007, meta ġew iġġenerati kważi 2 miljuni u 300,000 siegħa ta’ megawatts, warajha l-2008 bi ftit eluf inqas.

Is-sena l-oħra, 67.9% tal-enerġija ġiet impurtata mill-interconnector, u dan wassal biex l-emissjonijiet minn impjanti ta’ enerġija jonqos b’34.8% mill-2015.

Ritratt: Arkivji