Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Erba' rotot ġodda għall-Air Malta minn Diċembru

Michela Catania  -  21/10/17 08:01 PM

Il-Kumpanija Nazzjonali tal-Ajru, l-Air Malta, ħabbret li se tibda ttir minn u lejn 4 destinazzjonijiet ġodda, li huma St Petersburg, Casablanca, Lisbona, u Venezja.

Waqt diskors parlamentari, il-Ministru Konrad Mizzi spjega li dawn ir-rotot se jsaħħu t-turiżmu mmirat lejn is-suq Russu, dak tal-Afrika ta’ Fuq, dak Portugiż u dak Brażiljan.

Huwa ħabbar li r-rotot se jibdew joperaw minn Diċembru li ġej.

Dan qiegħed isir bħala parti mill-istrateġija ta’ tkabbir li qiegħda taddotta l-Air Malta, hekk kif ftit ilu ħabbret ukoll numru ta’ rotot ġodda li jinkludu Manchester, Frankfurt, Tunis, Malaga, Kiev u Comiso.