Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

"It-tindif tal-bajjiet jista’ jagħmel iktar deni milli ġid"

Michela Catania  -  21/10/17 08:38 PM

Minkejja li l-iskart fuq bajjiet Maltin jista’ jagħmel il-ħsara lis-saħħa ta’ nies u anke ta’ annimali, speċjalment fix-xhur tas-Sajf, il-proċess tat-tindif ukoll jista’ jagħmel il-ħsara lis-sistema ekoloġika tal-bajja jekk dan ma jitwettaqx kif suppost.

Għal din ir-raġuni, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi se tniedi dokument bil-proċeduri li għandhom jiġu addottati minn nies li jnaddfu l-bajjiet, sabiex jitgħallmu kif jistgħu jevitaw li jagħmlu ħsara lill-ekoloġija tal-post.

L-għan tad-dokument huwa li jsib bilanċ bejn il-ħtieġa tal-indafa tal-bajjiet għas-saħħa tal-pubbliku, u l-protezzjoni tal-ekoloġija sensittiva tal-istess bajjiet.

Id-dokument ikopri għadd ta’ kwistjonijiet, fosthom kif u meta jista’ jitneħħa l-ħaxix tal-baħar, li għalkemm jista’ jagħti fastidju huwa sors ta’ ikel għal għadd ta’ kreaturi, u jwaqqaf it-tnawwir tar-ramel.

Id-dokument jagħti wkoll informazzjoni dwar il-kriterji li jridu jintlaħqu biex jinħarġu permessi ambjentali għall-bajjiet, sabiex iħaffef il-proċess għal applikanti prospettivi.