Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Jerġgħu jinfetħu l-bibien tal-iskola għall-anzjani Għawdxin

Michela Catania  -  21/10/17 07:40 PM

L-Università tat-Tielet Età fetħet is-sena akkademika tagħha fil-Campus tal-Università f’Għawdex, fejn anzjani Għawdxin jistgħu jattendu sessjonijiet relatati ma’ suġġetti mediċi, letterarji, storja u anke informazzjoni ġeografika.

Waqt il-ftuħ tas-sena akkademika ġdida iktar kmieni din il-ġimgħa, il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana qalet li l-anzjani mhux biss qed jitgħallmu affarijiet ġodda iżda qed ikunu attivi għax qed joħorġu mid-dar, jiltaqgħu ma’ xulxin u jipparteċipaw fis-soċjetà.

Hija sostniet li l-impenn tal-Ministeru għal Għawdex hu li jassigura anzjanità tassew attiva lill-anzjani Għawdxin, u se jkompli l-ħidma tiegħu f’dan il-qasam billi jikkolabora mal-Università ta’ Malta sabiex jibqa’ jintroduċi servizzi u klassijiet ġodda.

Filwaqt li rringrazzja lill-Ministeru għal Għawdex għall-appoġġ kontinwu tiegħu, id-Direttur tal-Università tat-Tielet Età, il-Professur Marvin Formosa, ħeġġeġ lill-anzjani kollha biex jaħtfu din l-opportunità u jżommu ruħhom attivi.

Ritratt: MGOZ