Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Adrian Delia jgħid għaliex mhux se jmur għad-dimostrazzjoni

Charmaine  Attard   -  22/10/17 03:21 PM

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li mhux se jattendi l-manifestazzjoni fil-Belt Valletta, li qed issir bħala sforz kollettiv għas-sejħa għall-ġustizzja wara l-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Tista' ssegwi servizz speċjali minn Newsbook.com.mt hawn. 

The Malta Independent ikkwotat lil Delia jgħid li llum mhux dwaru imma dwar is-Saltna tal-Liġi u d-demokrazija. Żied jgħid li mhux se jqanqal kontroversja f’jum ta’ għaqda nazzjonali, u li se jibqa’ jiġġieled għad-demokrazija u l-libertà tal-espressjoni bħala Kap tal-Oppożizzjoni.

Dr Delia spjega li l-PN appoġġja bis-sħiħ biex il-protesta tkun suċċess.

Il-Prim  Ministru Joseph Muscat lanqas mhu se jattendi, għax fi kliemu rċieva sinjali li ma jriduhx u li postu mhux hemm.