Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Surġent bi ġrieħi gravi wara daqqa ta' ponn

Yendrick  Cioffi  -  22/10/17 10:40 AM

Surġent tal-Pulizija qed isofri minn ġrieħi gravi wara li qala’ daqqa ta’ ponn ġewwa stabbilliment f’Paceville.

Mill-ewwel informazzjoni jidher li l-Pulizija ntalbet tiġbed l-attenzjoni ta’ persuna li kienet ostili lejn persuna oħra fl-istess lokal.

Jidher li l-r-raġel ta’ nazzjonalità barranija ma obdiex l-ordnijiet tal-Pulizija u f’salt wieħed ta daqqa ta’ ponn lill-uffiċjal.

Ir-raġel ġie arrestat filwaqt li s-Surġent iddaħħal l-Isptar Mater Dei.

L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.