Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
“Ejjew ma nibżgħux, imma nibżgħu għal xulxin” – L-Arċisqof   |  "Irrid li l-libelli li fetaħ Chris Cardona kontra ommi ma jaqgħux" - Iben DCG   |  Il-GWU tgħid li d-dimostrazzjoni tal-Ħadd kompliet tifred   |  Żagħżugħa tinżamm arrestata fuq suspett li qatlet lil binha tarbija

Taf kemm suppost iddum taħsel idejk?

04/10/17 03:57 PM

Kulħadd jaf kemm hu importanti li naħslu idejna sew u spiss. Imma kemm suppost indumu naħsluhom?

Studju ġdid fir-Renju Unit juri li 84% tal-Brittaniċi ma jdumux jaħslu idejhom biżżejjed. Dan ifisser li jżommu fuqhom mikrobi li jistgħu jkunu ta’ ħsara għas-saħħa, u jikkawżaw infezzjonijiet u viruses li jwasslu għal irjiħat u mard ieħor.

Dan l-istudju sab ukoll li wieħed minn kull ħamsa ma jaħslux idejhom wara li jużaw it-toilet. Barra minn hekk, wieħed minn kull tlieta ma jaħslux idejhom qabel jibdew jippreparaw l-ikel.

Il-konklużjoni hi li wieħed għandu jdum 20 sekonda biex jaħsel idu sew.

Taqbel ma’ dan il-ħin jew taħseb li hu eseġerat? Ibgħatilna imejl fuq info@newsbook.com.mt