Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

34 medalja għall-Federazzjoni Maltija tal-Karate f'Andorra

Charmaine  Attard   -  05/10/17 03:50 PM

33 atleta min Malta Karate Federation ħadu sehem fir-raba' edizzjoni tal-Kampjonati tal-karate tal-Istati ż-żgħar tal-Ewropa, li saru f'Andorra fil-jiem li għaddew.

250 atleta bejn it-12 u l-25 sena minn Andorra, Ċipru, l-Iżlanda, Liechtenstein, il-Lussemburgu, Malta, Monaco u San Marino, ħadu sehem f'dan l-avveniment. 

It-tim ta' Malta ġie l-ewwel fil-Kata Individwali, it-tieni fit-Tim Kata, it-tielet fil-Kumite Individwali u r-raba' fit-Tim Kumite. B'mod ġenerali, kiseb it-tielet post b'rebħa ta' 11 deheb, 11 fidda u 12 bronż.