Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
“Ejjew ma nibżgħux, imma nibżgħu għal xulxin” – L-Arċisqof   |  "Irrid li l-libelli li fetaħ Chris Cardona kontra ommi ma jaqgħux" - Iben DCG   |  Il-GWU tgħid li d-dimostrazzjoni tal-Ħadd kompliet tifred   |  Żagħżugħa tinżamm arrestata fuq suspett li qatlet lil binha tarbija

X’se tilbes illejla mart Adrian Delia?

06/10/17 04:45 PM

Eleganti, simpatika, iżżomm ruħha, ma tistax ma tinnutahiex: Dr Nickie Vella De Fremeaux - il-mara ta’ Dr Adrian Delia, il-Kap il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista, mil-lejla Kap tal-Oppożizzjoni wkoll.

Minkejja li hija omm ta’ ħamest itfal, baqgħet b’figura pulita, tant fi kliem ħafna, “tilbes x’tilbes, kollox jixirqilha”.

Fuq il-mezzi soċjali, mal-ewwel dehriet tagħha ma’ Dr Delia, ħafna kienu dawk li kkummentaw dwar l-ilbies tagħha, u għaldaqstant m’hemmx dubju li għajnejn ħafna llejla se jkunu fuqha.

Il-ħatra ta’ Adrian Delia bħala Kap tal-Oppożizzjoni se ssir illejla fil-5.30pm.

Ritratti: Ian Noel Pace