Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
“Ejjew ma nibżgħux, imma nibżgħu għal xulxin” – L-Arċisqof   |  "Irrid li l-libelli li fetaħ Chris Cardona kontra ommi ma jaqgħux" - Iben DCG   |  Il-GWU tgħid li d-dimostrazzjoni tal-Ħadd kompliet tifred   |  Żagħżugħa tinżamm arrestata fuq suspett li qatlet lil binha tarbija

Awdjo: "Mulvaney hija parti mill-istorja mhux biss ta' RTK iżda tax-xandir f'Malta" - eks-Ċermen ta' RTK

Matthew Borg  -  07/10/17 08:45 AM

Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tas-7am, mietet Susan Mulvaney, miżżewġa Sacco, xandara veterana li se tibqa’ magħrufa għall-programmi ta’ tagħlim li kienet tagħmel fuq ix-xandir nazzjonali u aktar tard għal snin twal fuq RTK.

Mulvaney kienet iżżewwaq kull għodwa għas-semmiegħa tar-radju bi programmi b’tagħrif interessanti u edukattiv f’bosta oqsma tal-ħajja ta’ kuljum.

Fost  l-oħrajn, Mulvaney kienet tinforma lill-pubbliku fuq suġġetti bħat-tisjir bnin, il-ħtieġa tal-eżerċizzju, is-saħħa fiżika u mentali tal-familja, is-sigurtà fid-dar u s-sbuħija għan-nisa u l-irġiel.

Dawn kienu wħud mit-temi li Mulvaney kienet pijuniera fihom.

Fr Joe Borg, eks-Ċermen ta' RTK, f'kummenti li ta lil Newsbook.com.mt qal li lura fl-1992 meta beda l-istazzjon, Mulvaney kienet waħda mill-aħjar akkwisti li rnexxielu jġib, meta kien ipperswadiha biex tħalli Radju Malta u tingħaqad ma' RTK. 

"Wara ftit gimghat tieħu sehem ma' David Azzopardi waqt il-breakfast show, Mulvaney kienet bdiet il-programm ta’ filgħodu li fi ftit żmien sar wieħed mill-programmi l-aktar popolari f’Malta", żied Borg.

Itemm jgħid li Mulvaney kien irnexxielha tidħol fil-qlub tas-semmiegħa ta' RTK, u kien għalhekk li kienu jfittxu l-pariri tagħha waqt il-programm.

"Hija parti mill-istorja mhux biss tal-RTK iżda tax-xandir f’Malta", jirrimarka l-eksċermen.

Sadanittant, il-Prim Ministru, Joseph Muscat, fuq Twitter iddeskriva lil Mulvaney bħala ħabiba tiegħu, u aċċenna għas-sehem tagħha biex elevat il-figura tal-mara fix-xandir.

Mulvaney kellha 71 sena.

Il-PL u l-PN isemmlu l-memorja ta' Susan Mulvaney 

Fi stqarrija l-Partit Laburista sellem il-memorja ta' Susan u qal li hi dejjjem żammet ir-rispett u l-professjonalità ċentrali fil-ħidma tagħha. Xi ħaġa li għandha tkun ta’ eżempju għal bosta fi żminijiet tal-lum. Min-naħa tiegħu l-Partit Nazzjonalista wassal il-kondoljanzi tiegħu lill-familja Sacco f'dawn il-mumenti diffiċli.

Ritratt: Facebook