Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Għandek bżonn aktar spazju biex teditja? Dan għalik

Leon  Xuereb  -  09/10/17 01:59 PM

Il-kumpanija Seagate żvelat hard disk drive ġdid li jżomm fih sa massimu ta’ 12-il Terabyte (TB) ta’ dejta.

BarraCuda Pro ġie magħmlu speċifikament għal professjonisti kreattivi li ġeneralment ikollhom bżonn sħafna spazju biex iżommu kontenut u dejta bħal filmati tat-tip 4K u ammont ta’ ritratti RAW.

Dan il-hard disk kapaċi jżomm fih ukoll midja Augmented Reality (AR) u Virtual Reality (VR).

Il-hard disk għandu spin speed ta’ 7,200rpm u cache ta’ 256MB biex ikun jista’ jixgħel u jtella’ l-materjal b’rata mgħaġġla.

Għall-utant bażiku 12TB probabli huma ħafna tant li kważi mpossibli jużahom kollha, imma għall-edituri tal-midja dan żgur li se jkun wieħed mill-ħbieb kbar ġodda tagħhom.

BarraCuda se jkun jiswa madwar €450 b’garanzija ta’ ħames snin.