Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Barcelona jagħmlu offerta għal Coutinho

Cristian  Muscat  -  10/11/17 12:10 PM

Il-klabb Katalan ta’ Barcelona qed jagħmlu offerta ta’ £105 miljun bil-għan illi jakkwistaw lill-attakkant ta’ Liverpool Philippe Coutinho. 

Skont il-gazzetta Sport, il-Blaugrana, illi ilhom jiġru wara l-firma tal-Brażiljan għal dawn l-aħħar xhur, introduċew offerta ġdida bil-għan illi din id-darba jġibuha żewġ. 

Minkejja illi Liverpool kontinwament irrifjutaw kull offerta illi offrew il-Katalani, jidher illi hemm xaqq dawl illi ż-żewġ partijiet jirranġaw bir-Reds illi madankollu qed jistennew somma ta’  £132 miljun lira ta’ flus kontanti sabiex forsi jħallu lil Coutinho jitlaq.