Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Il-BOV qed joffri 105 miljun sehem ordinarju ġdid

10/11/17 08:21 AM

Il-Bank of Valletta ħabbar li se jkun qed joffri 105,000,000 sehem ordinarju ġdid lill-azzjonisti eżistenti tiegħu fuq il-bażi ta’ proporzjon ta’ sehem ordinarju ġdid għal kull erba’ ishma ordinarji miżmuma bil-prezz tal-offerta ta’ €1.43 għal kull sehem ordinarju ġdid.

L-azzjonisti eżistenti tal-BOV jistgħu jassenjaw parti mid-drittijiet tagħhom jew id-drittijiet kollha lil terzi persuni. L-impjegati u investituri oħra qed jingħataw l-opportunità li japplikaw għal kwalunkwe ishma ġodda li ma jittieħdux mill-azzjonisti eżistenti jew mill-assenjatarji tagħhom.

Il-kategoriji kollha tal-investituri jistgħu japplikaw għall-ishma l-ġodda matul il-perjodu tal-offerta, bejn it-8 ta’ Novembru 2017 u s-6 ta’ Diċembru 2017, fil-fergħat tal-BOV u għand intermedjarji finanzjarji awtorizzati oħra.