Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Id-dinja Kattolika se tinqaleb rasha 'l isfel

.     -  10/11/17 05:00 PM

Madwar id-dinja, il-Knisja Kattolika hi għaddejja minn era ta’ trasformazzjoni storika b’żjieda qawwija ta’ Kattoliċi fl-Asja, l-Afrika u l-Amerika t’Isfel. Dan mhux fenomenu astratt imma l-Knisja dalwaqt tibda tħoss l-implikazzjonijiet ta’ din il-bidla.

Il-bidla ġeografika hi evidenti. Sa seklu ilu l-kontinent Ewropew kien hemm fih madwar żewġ terzi tal-Kattoliċi.  Sal-2050 dawn mistennija jinżlu għal wieħed minn kull sitta. Dakinhar l-akbar bastjun Kattoliku jkun fl-Amerika Latina fejn hu kalkolat li 40% tal-popolazzjoni tkun Kattolika, warajha l-Afrika b’25% u l-Asja bi 12%.

Fl-1900 it-tliet pajjiżi bl-akbar popolazzjoni ta’ Kattoliċi kienu Franza, l-Italja u l-Ġermanja. Sal 2050 il-pajjiżi bl-akbar numru ta’ Kattoliċi mistennija jkunu l-Brazil, il-Messiku u l-Filippini.  Franza u l-Italja jibqgħu fost l-aktar 10 pajjiżi li fihom hemm Kattoliċi li magħhom ikun hemm in-Niġerja, l-Uganda u l-Kongo u l-Istati Uniti. Il-Kongo b’100 miljun Kattoliku tilħaq l-Istati Uniti u l-Filippini.

Naturalment dan hu tbassir iżda t-tendenza hi ċara ħafna. Il-futur tal-Knisja Kattolika hu fin-Nofsinhar tad-dinja.

X’se jfisser dan għall-Knisja? Il-Knisja tagħraf li rwol tal-Kardinali hu wieħed rappreżentattiv u dawn għandhom importanza unika meta jiġi biex jingħażel il-Papa. Fl-aħħar 100 sena il-Kulleġġ tal-Kardinal sar aktar globalizzat. In-numru ta’ kardinali Taljani fil-Kulleġġ naqas drastikament. Fl-1920 50% kienu Kardinali Taljani. Sal Konċilju Vatikan II dawn kienu diġa’ naqsu għal 35% u llum huma 20%. Illum, fil-Kulleġġ tal-Kardinal fl-eta’ li jivvutaw għall-għażla tal-Papa hemm 120 Kardinal li minnhom 54 huma Ewropej, 84 mill-Amerika ta’ Fuq u t’Isfel u l-bqija minn kontinenti oħra. Hemm 15 mill-Afrika u 14 mill-Asja.

Għalissa wieħed jista’ biss jibda jimmaġina il-mod kif il-Knisja Kattolika tista’ tinbidel maż-żmien. Żgur hu li l-Knisja ma’ tistax tibqa’ għamja għall-problemi u l-kriżijiet tal-pajjiżi fin-naħa t’isfel tad-dinja. Idealment, dakinhar il-Knisja tippreżenta messaġġ Kristjan f’kuntest verament globali.