Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Ir-Renju Unit se jikteb "Jum il-Ħruġ" fl-ewwel paġna tal-abbozz tal-Brexit

Matthew Borg  -  10/11/17 06:42 AM

Il-jum li fih ir-Renju Unit mistenni jħalli għalkollox l-Unjoni Ewropea se jitniżżel fl-Abbozz dwar il-Ħruġ mill-UE, hekk kif Theresa May ħeġġet lill-membri parlamentari, anki b’nofs twiddiba, biex ma jopponux jew jimblukkaw dal-passaġġ.

Il-Prim Ministru madankollu talbet lill-partiti politiċi fil-Parlament Brittaniku biex jiskrutinizzaw bir-reqqa l-abbozz ladarba jiġi f’idejhom, iżda ma jużawhx biex ixekklu l-proċess.

Jum il-Ħruġ, kif qed jiġi deskritt, hu nhar id-29 ta’ Marzu 2019 fil-11pm.

Minkejja dan, l-awtur ta’ Artiklu 50, Lord Kerr, l-artiklu li skatta l-Brexit, sostna li xorta d-deċiżjoni tar-Renju Unit li jitlaq ’l-UE tista’ titreġġa’ lura.

“Nistgħu nibdlu fehmitna f’kull ħin u kull mument ta’ dan il-proċess”, qal Kerr, li mistenni jagħmel diskors f’Londra llum f’avveniment imtella’ minn grupp ta’ pressjoni favur l-UE.

Kerr mistenni jżida, “M’għandniex għalfejn noħorġu mill-unjoni sempliċiment għax May bagħtet l-ittra lill-UE.”

Iżda f’okkażjonijiet oħra May instemgħet tgħid li l-fatt li l-gvern iddeċieda li jpoġġi d-data tal-ħruġ fuq quddiem tal-abbozz juri d-determinazzjoni tiegħu li jiġi ffinalizzat kollox u r-Renju Unit iparpar mill-UE.

Fost l-oħrajn, l-abbozz jassigura li l-liġijiet tal-UE jiġu trasferiti fil-Liġi Brittanika sabiex jiġi jiġi assigurat li ebda ċittadin ma jitħalla mhux ipproteġut fil-pajjiż.