Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Jinfetħu bwieb is-sema... Kważi 22,000 sajjetta!

Michela Catania  -  10/11/17 05:46 PM

Hekk kif dal-lejl Malta ntlaqtet minn maltemp qawwi, li batta biss ftit sigħat ilu, għadd ta’ titjiriet ittardjaw minħabba li l-bdoti kellhom jistennew il-maltemp jgħaddi qabel ma jinżlu Malta, kif jidher fir-ritratt.

Fosthom, kien hemm titjira tal-British Airways li telqet minn Gatwick fir-Renju Unit, titjira tal-AirMalta li telqet minn Vjenna u żewġ titjiriet tar-Ryanair li telqu minn Marsilja u mill-East Midlands fir-Renju Unit.   

Titjiriet oħra saħansitra kellhom jinżlu Sqallija minħabba li l-kundizzjonijiet tat-temp f’Malta kienu perikolużi wisq.

Jidher li Malta dan il-lejl u dalgħodu, kienet imdawra u mgħottija bis-sajjetti, hekk kif l-istazzjon tar-Rabat irreġistra 21,842 sajjetta, filwaqt li 57,390 sajjetta ġew irreġistrati bejn Malta u 100 kilometru ‘l bogħod mill-ġżira.

L-Uffiċċju Meteoloġiku qiegħed ibassar iktar xita bir-ragħad għal tmiem din il-ġimgħa u xi ħalbiet tax-xita għall-ġimgħa d-dieħla, filwaqt li t-temperaturi friski se jibqgħu neżlin ukoll.