Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Mudella tiġġieled kontra l-isterjotipi

10/11/17 01:38 PM

Il-mudella Tabria Majors iddeċidiet li tikkrea katalgu tal-moda b’ritratti tagħha stess biex turi li anke mudelli tal-istatura tagħha huma kapaċi jimmudellaw u juru s-sbuħija tagħhom.

Il-messaġġ kien indirizzat lejn id-ditta Victoria’s Secret li hija sinonima mal-‘isbaħ’ u l-iżgħar mudelli fl-industrija, speċjalment għaliex din il-marka prinċiparjament tbigħ ħwejjeġ ta’ taħt.

Tabria għamlet dan billi tellgħat 3 ritratti tagħha fuq Instagram, tippoża bil-ħwejjeġ ta’ Victoria’s Secret bħala protesta lejn l-istandards riġidi li huma jippromwovu, fejn juru biss mudelli rqaq ħafna.

Iżda din il-ġlieda mhix tagħmilha weħida. Ashley Graham hija wkoll mudella mill-isbaħ li ma tiddejjaqx tgħid li hija mbaċċa u li Victoria’s Secret qedgħin jagħtu idea fittizja ta’ kif suppost tidher il-mara.