Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Tensjoni bejn Neymar u Barcelona?

Cristian  Muscat  -  10/11/17 12:17 PM

Xi xnigħat illi qed jaslu minn Pariġi qed jgħidu illi l-akkwist multi-miljunarju ta’ PSG Neymar qed idaħħal ċertu tensjoni fid-dressing tal-klabb mill-kapitali Franċiża. 

Wara l-inċident ta’ xahar u nofs ilu meta Neymar kellu xi jgħid mal-Urugwajan Edinson Cavani dwar min ser jagħti l-penalti, l-affarijiet xejn ma birdu anzi l-qiegħa kompliet tisħon mhux ħażin. 

Ħafna kritiċi tal-futbol Franċiż qed isostnu illi Neymar serva aktar biex jifred milli jgħaqqad it-tim hekk kif il-karattru xi ftit kburi tiegħu xejn m’hu jinżel għasel ma’ sħabu l-plejers. 

Fl-istess ħin, l-istilla Brażiljana xejn m’hu jobdi lill-kowċ tiegħu Unai Emery hekk kif mhux qed iżomm mal-istruzzjonijiet kollha li qed itih. 

Min-naħa l-oħra meta l-plejer ta’ 25 sena kien jilgħab ma’ Santos fil-Brażil, hu kellu xi jgħid mal-kowċ ta’ dak iż-żmien Dorival Junior b’dan tal-aħħar jispiċċa saħansitra mkeċċi mill-kariga.