Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Titnieda r-raba’ edizzjoni ta’ Premju Soċjetà Ġusta

Christoph  Schwaiger  -  10/11/17 08:02 PM

Is-Segretarju Parlamentari Anthony Agius Decelis nieda l-Premju Soċjetà Ġusta għal din is-sena.

Fi stqarrija, s-Segretarju Parlamentari spjega li dan il-premju jippremja l-abilità tal-persuni b’diżabilità, lil min verament jaħdem b’dedikazzjoni fis-settur tad-diżabilità u lil dawk li jħallu timbru fl-istess settur. Agius Decelis qal li dan iħalli impatt fuq il-ħajja tal-persuni b’diżabilità u fuq dawk qrib tagħhom bħall-qraba, carers, u persuni oħra li jagħtuhom l-appoġġ.

Agius Decelis ħabbar li din is-sena se jintrebaħ premju ġdid, il-Premju Parteċipazzjoni Attiva fl-Isport, Arti u Kultura. Dan il-premju se jirrikonoxxi lill-persuna b’diżabilità jew mhux b’diżabilità, jew xi organizzazzjoni mhux governattiva li tagħti prijorità lill-abbiltà u mhux lid-diżabilità tal-persuna.

Il-premji l-oħra huma l-Premju għal Kisba tul il-Ħajja fis-Settur tad-Diżabilitàil-Premju għal Ħidma fit-Tisħiħ tad-Drittijiet tal-Persuni, u l-Premju Soċjetà Ġusta.

Il-pubbliku jista’ jinnomina lil xi persuna jew għaqda partikolari permezz ta’ formola li tista’ tinkiseb minn hawn.

Is-Segretarju Parlamentari ħeġġeġ lill-pubbliku biex għal dan il-premju prestiġjuż jinnomina lil min jaħsbu li jistħoqqlu jiġi rikonoxxut għall-ħidma tiegħu għall-ġid tal-persuni b’diżabilità. Qal li r-rebbieħa se jitħabbru fit-8 ta’ Diċembru.

Skont is-Segretarjat, ir-rebbieħa se jiġu magħżula minn bord tal-għażla mmexxi mill-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità Oliver Scicluna. Il-bord huwa magħmul ukoll mid-Dekan tal-Fakultà tat-Tisħiħ tas-Soċjetà Andrew Azzopardi, il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Sapport Joe Cini, Maria Muscat u Claire Azzopardi.