Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Filmat: Studenti jwieġbu politiku mingħajr ma jlissnu kelma

Yendrick  Cioffi  -  11/11/17 08:30 AM

Grupp ta’ studenti Amerikani, mingħajr ma lissnu kelma, wieġbu lis-Senatur tal-istat tagħhom meta staqsa “Fejn hu Alla f’dawn it-traġedji kollha fid-dinja?

It-tweġiba tal-istudenti kienet waħda sempliċi. Waqt li s-Senatur ta’ Connecticut staqsa fejn hu Alla, ħafna persuni, fosthom huma l-istudenti stess qed jiġu msikkta milli jesprimu l-fidi tagħhom.

L-istudenti jgħidu li qed tinħoloq kultura fejn wieħed jistħi jitlob jew jesprimi l-fidi.

Footballer li jinqabad jieħu d-droga huwa gglorifikat iżda footballer li jitkellem fuq il-fidi tiegħu huwa mwaqqa’ għaċ-ċajt, jispjegaw l-istudenti.

L-istedina tal-istudenti hija waħda: biex persuni ta’ twemmin differenti jiġu flimkien, ikissru din il-kultura ta’ mistħija u jitolbu biex Alla jerġa jidħol u jsir parti mill-ħajja tal-bniedem.

Fuq kollox, l-istedina hija għal talba waħda biex fid-dinja terġa’ ssaltan il-paċi.