Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Karozza tinstaq għal fuq grupp ta' studenti fi Franza

Yendrick  Cioffi  -  11/11/17 06:51 AM

Sewwieq saq il-karozza tiegħu għal fuq grupp ta’ studenti fil-Belt ta’ Toulouse fi Franza.

Tliet studenti, kollha Ċiniżi, weġġgħu, b’wieħed minnhom qed jingħad li jinsab fil-periklu tal-mewt.

L-inċident seħħ quddiem kulleġġ fis-subborg ta’ Blagnac.

Skont midja Franċiża, l-inċident kien wieħed intenzjonat iżda s-sewwieq, li għandu 28 sena, qatt ma kien fuq il-lista tal-pulizija, meqjus perikoluż jew inkella mfittex.

Huwa ġie arrestat ftit tal-ħin wara.

Skont l-istess rapporti, iż-żagħżugħ ġieli nstab ħati ta’ akkużi żgħar, l-iżjed dawk marbuta mad-droga u qed jingħad ukoll li jbati minn problemi ta’ saħħa mentali, fosthom schizophrenia severa.

Il-gazzetta La Dépêche du Midi kkwotatu jgħid lill-Pulizija li sema ilħna jgħidulu biex isuq għal fuq l-istudenti.

Għalhekk, il-każ mhux qed ikun meqjus bħala wieħed terroristiku.