Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

​“Indirizzati l-parti l-kbira tan-nuqqasijiet fil-ministeri” - NAO

Stefan  Pullicino  -  14/11/17 09:09 PM

Skont rapport ta’ aġġornament mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Awditjar, jirriżulta li l-parti l-kbira tal-ministeri tal-Gvern ħadu jew bdew jieħdu azzjoni biex jindirizzaw nuqqasijiet li ġew identifikati mill-istess uffiċju waqt eżerċizzji tal-awditjar. 

Madankollu jsemmi wkoll li kien hemm għadd ta’ rakkomandazzjonijiet li għadhom ma twettqux jew li dwarhom l-Uffiċju Nazzjonali tal-Awditjar għadu qed jistenna iktar titjieb. 

Ir-rapport ta’ aġġornament ġie ppreżentat lill-Ispeaker tal-Kamra Anġlu Farrugia fis-seduta parlamentari tal-lejla. 

Dan kien jinkludi aġġornamenti dwar diversi oqsma fosthom dawk tal-Gozo Channel, fl-Isptar Karin Grech, fil-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, f’dipartiment fi ħdan il-Korp ta-Pulizija, fir-Residenza San Vinċenz de Paule, il-Kumitat tal-Ħarsien Soċjali, sezzjoni fl-Awtorità tad-Djar, l-edukazzjoni fiżika fl-iskejjel, fil-listi ta’ stennija għal interventi kirurġiċi, fil-kura tal-anzjani, kif ukoll fil-Lotterija għall-Kawżi Ġusti. 

L-Uffiċju Nazzjonali tal-Awditjar temm jgħid fir-rapporti li se jkompli joħroġ, se jingħataw iktar aġġornamenti bl-iżviluppi, termini ta’ żminijiet u miżuri korrettivi li jkunu qed jittieħdu mid-diversi ministeri.

 

Dalwaqt il-Fun Run! from NewsBook.com.mt on Vimeo.