Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Aġġornata: 2 anzjani gravi wara serqa f'darhom

Christoph  Schwaiger  -  14/11/17 07:41 PM

Raġel ta’ 70 sena u mara ta’ 69 sena sofrew minn ġrieħi gravi wara li ġew marbutin minn ħalliel li pprova jisraq xi oġġetti mid-dar tagħhom.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li għall-ħabta tan-12:30pm, membri tal-korp marru Ħal Tarxien fejn sabu lill-koppja anzjana.

L-anzjani allegaw li persuna mgħammda daħlet ġo darhom b’arma li taqta’ u bil-ponta. Wara li rabathom, il-ħalliel beda jqalleb fid-dar. Madanakollu, skont il-Pulizija l-aggressur ħarab mingħajr ma seraq xejn.

 

Dalwaqt il-Fun Run! from NewsBook.com.mt on Vimeo.