Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Bank immultat mill-FIAU għax kiser liġi dwar ħasil ta’ flus

Christoph  Schwaiger  -  14/11/17 12:35 PM

L-Aġenzija tal-Gvern kontra l-Ħasil tal-Flus (FIAU) tat multa ta’ kważi €39,000 lil Sparkasse Bank Malta plc, wara li sabet li kiser il-liġi tal-prevenzjoni kontra l-ħasil tal-flus u l-iffinanzjar tat-terroriżmu.

F’avviż, l-Aġenzija qalet li l-bank ma ġabarx l-informazzjoni kif suppost dwar ċertu klijent biex ikun jista’ jistabbilixxi l-oriġini tal-flus.

L-Aġenzija semmiet ukoll li Sparkasse Bank Malta plc ma rrappurtax tranżazzjonijiet suspettużi li saru. Skont l-FIAU, dawn it-tranżazzjonijiet setgħu kellhom rabta mal-kriminalità.

L-FIAU spjegat li l-informazzjoni li ħarġet ma tinkludix fiha d-deċiżjoni sħiħa li ttieħdet dwar il-każ. Stqarret li l-multa li ngħatat kienet waħda amministrattiva.