Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Buffon jirtira mit-tim nazzjonali

Matthew Borg  -  14/11/17 09:19 AM

Il-gowlkiper Gianluigi Buffon ħabbar li ser ikun qed jirtira mit-tim nazzjonali Taljan wara l-eliminazzjoni xokkanti illi sofrew l-Italja kontra Żvezja.

Buffon, illi kien ferm imbikkem, stqarr illi ma xtaqtx jispiċċa l-karriera internazzjonali tiegħu b’dan il-mod iżda issa wasal iż-żmien biex gowlkipers oħra jieħdulu postu minħabba li żmienu għamlu.

L-Italja setgħu jiġu biss draw ta’ 0-0 kontra l-Iżvezja sabiex naqqsu milli jdawru r-riżultat ta’ 1-0 tal-ewwel leg.

Kieku Buffon lagħab fit-Tazza tad-Dinja tar-Russja kien ser jikser rekord ta’ sitt parteċipazzjonijiet konsekuttivi, xi ħaġa li b’xorti ħażina għalih ma seħħitx

Sadanittant sigħat qabel il-play-off, tħabbr illi Buffon spiċċa fit-tieni post tal-aktar plejers tajbin fid-dinja.

L-ikona ta’ 39 sena ġie mogħti dan l-unur wara li wassal lill-klabb tiegħu għad-double domestiku u għall-finali taċ-Champions League.

Buffon għalaq 39 sena u ilu mal-Bianconeri għal dawn l-aħħar 16-il sena hekk kif ġie akkwistat mingħand Parma għas-somma ta’ €52 miljun fis-sena 2001.

Il-plejer li twieled fil-belt ta’ Carrara, matul is-sena li għaddiet wettaq rekord meta dam 600 minuta mingħajr ma sofra gowl fil-UEFA Champions League.