Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Kemm ilek ma taġġorna l-passwords?

Leon  Xuereb  -  14/11/17 08:01 PM

Bħalissa miljuni kbar ta’ usernames u passwords qed ikunu negozjati fi swieq illegali fuq l-internet li jistgħu jintużaw biex ikunu aċċessati kontijiet fuq Google.

Riċerkaturi ta’ Google qalu li minn studju li għamlu permezz ta’ dejta minn Google stess jirriżulta li passwords iħħekjati u kontijiet negozjati fuq forums fuq id-dark web jaħdmu biex ikunu aċċessati kontijiet eżistenti.

Dawn huma riżultat ta’ diversi attakki diġitali fuq kumpaniji li jkollhom dejta privata tal-pubbliku li tispiċċa tinsteraq meta jkunu vittma ta’ dawn it-tip ta’ attakki. Riżultat ta’ dan ammont ta’ dejta ta’ kontijiet ta’ utenti bħal Google tinsteraq b’tali mod li wieħed ma jkunx jaf ta’ min insterqet.

Għalhekk tajjeb li wieħed jieħu ħsieb jiċċekkja l-kontijiet tiegħu fuq l-internet u minn żmien għal żmien jibdel il-passwords.

 

Dalwaqt il-Fun Run! from NewsBook.com.mt on Vimeo.