Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Klopp inkwetat dwar Mané

14/11/17 11:11 AM

Il-kowċ ta’ Liverpool Jurgen Klopp jinsab inkwetat ferm fuq il-plejer mis-Senegal Sadio Mané wara li rritorna mar-Reds b’uġigħ fil-hamstring.

L-attakkant reġa’ ġie mibgħut l-Ingilterra mill-Federazzjoni tas-Senegal wara li nstab li kien qed ibati minn dan l-uġigħ li ħallih barra għax-xahar t’Ottubru kollu.

Fil-fatt huwa ma ħa sehem fl-ebda partita mill-ħamsa li lagħbu Liverpool matul ix-xahar li għadda, u issa li kważi għadda nofs Novembru, Klopp jinsab imħasseb dwar meta ser jerġa’ jirritorna lura għal-logħob.

Mané għandu 25 sena u ilu ma’ Liverpool mis-sena 2016, fejn lagħab 33 partita u skorja 16-il gowl.