Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

May takkuża lil Putin li ħsiebu biss biex ibagħbas fl-elezzjonijiet ta' ħaddieħor

Matthew Borg  -  14/11/17 06:39 AM

Il-Prim Ministru Brittaniku, Theresa May, attakkat b’mod qawwi lir-Russja meta saħqet li din ħsiebha biss f’li tbagħbas fl-elezzjonijiet ta’ ħaddieħor u tispjuna xi jkun għaddej f’pajjiżi oħra minn fuq l-internet.

May qalet dan waqt ikla ta' Lord Mayor f’Londra, fejn żiedet ukoll li l-President Russu, Vladimir Putin, qed jipprova jimmina s-soċjetajiet ħielsa tal-Punent billi jinstiga l-kunflitti.

B’ċerta konvinzjoni, il-PM qalet li filwaqt li r-Renju Unit ma jridx inwkiet mar-Russja, se jibqa’ jiddefendi l-interessi tiegħu.

Dal-kummenti jistunaw ovvjament ma’ dawk li ħarġu minn ħalq il-President tal-Istati Uniti, Donald Trump, li l-ġimgħa l-oħra qal li jemmen lil Putin meta dan tal-aħħar jenfasizza li r-Russja ma ndaħlitx fl-elezzjoni presidenzjali Amerikana tas-sena l-oħra.

Mhumiex ftit l-allegazzjonijiet dwar l-involviment tar-Russja fl-elezzjoni Amerikana, u kif din sippost mexxiet kampanja b’saħħitha fir-Russja fit-tentattiv li tħammeġ lir-rivali ta’ Trump, Hillary Clinton.

Sadanittant, May kompliet bid-dirkors dirett tagħha lejn Putin, u wissietu li r-Russja trid tmur lura mir-rotta li qabdet, u hawnhekk semmiet il-mod kif għaqqdet magħha b’forza lill-Krimea, il-mod kif instigat il-ġlied fl-Ukrajna, u finalment kif qed tattakka bl-internet lil bosta parlamenti fl-Ewropa.

Ir-Russja għandha l-potenzjal li tkun sieħeb tal-Ewropa, imma l-ewwel trid tobdi r-regoli.

“Nafu x’inti tagħmel, u nafu wkoll li mhux se jirnexxilek għax ma tikkalkulax id-determinazzjoni tad-demokrazija fis-soċjetajiet tagħna, l-attrazzjoni ta’ soċjetajiet miftuħa u l-għaqda li hemm bejn il-pajjiżi tal-Punent”, irrimarkat May lil Putin.

Sadanittant, is-Segretarju għall-Affarijiet Barranin tar-Renju Unit, Boris Johnson, mistenni jżur ir-Russja x-xahar id-dieħel.

Xandira Diretta mill-Parlament Ewropew fuq Newsbook.com.mt għada fit-3pm from NewsBook.com.mt on Vimeo.