Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

​Mhux qed isir investiment mill-bejgħ tal-passaporti – Delia

Christoph  Schwaiger  -  14/11/17 07:37 PM

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li mhux veru li n-nies li xtraw iċ-ċittadinanza Maltija qed jiġu Malta biex jinvestu flushom.

Delia qal dan waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-Parlament f’reazzjoni għad-dibattitu li sar fil-Parlament Ewropew (PE) aktar kmieni llum dwar is-saltna tad-dritt f’Malta.

Staqsa jekk hux qed isir investiment fl-edukazzjoni jew f’xi oqsma industrijali minn nies li xtraw passaport Malti. Stqarr li l-Gvern għadu qed jaħbi x’tip ta’ investiment sar minn dawn il-persuni.

Skont Delia, skemi bħal dawn li jiġġeneraw flus ta’ malajr jagħmlu aktar ħsara milli ġid.

Il-Kap tal-PN qal ukoll li l-Grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi tal-PE urew it-tħassib tagħhom dwar il-libertà tal-espressjoni f’Malta u li jinsabu mħassba dwar il-politiċi Maltin li ssemmew fil-Panama Papers. Il-Membri tal-PE tal-Partit Laburista jagħmlu parti minn dan il-Grupp.

Waqt il-konferenza Delia tkellem ukoll dwar il-Bank Pilatus, bank li fil-fehma tiegħu saru allegazzjonijiet serji kontrih.

 

Dalwaqt il-Fun Run! from NewsBook.com.mt on Vimeo.