Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

​Nilqgħu kull sorveljanza fuq l-investigazzjonijiet dwar Daphne – Il-Gvern

Christoph  Schwaiger  -  14/11/17 09:20 PM

Il-Gvern Malti qal li se jilqa’ kull tip ta’ sorveljanza fuq l-investigazzjonijiet li qed isiru b’rabta mal-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Fi stqarrija l-Gvern qal li lest li jilqa’ delegazzjoni mill-Parlament Ewropew (PE) li tista’ tiġi biex tanalizza s-saltna tad-dritt f’Malta. Madanakollu, skont il-Gvern dan kien messu sar qabel id-dibattitu fil-PE tal-lum.

Il-Gvern qal li se jkompli jikkommetti ruħu biex l-istituzzjonijiet tal-pajjiż jissaħħew. Skont il-Gvern dan se jsir permezz ta’ riformi u żieda fir-riżorsi allokati għalihom.

Il-Gvern spjega kif tul l-aħħar ħames snin wettaq numru ta’ riformi fis-sistema ġudizzjarja u fis-saltna tad-dritt.

Fl-istqarrija, il-Gvern saħaq li ma kienx hemm bżonn ta’ attakki politiċi ibbażati fuq “gideb, ineżattezzi, u misinformazzjoni”. Fil-fehma tal-Gvern dan ma kienx fl-ispirtu ta’ dibattitu kostruttiv.

Skont il-Gvern il-misinformazzjoni kienet immexxija minn atturi lokali ppolitiċizzati.

Il-Gvern qal li ma ħax gost li ċertu Membri tal-PE ppruvaw jattakkaw is-sistema tat-taxxa f’Malta kif ukoll l-iskema taċ-ċittadinanza b’investiment. Il-Gvern żied jgħid li delegazzjoni mill-PE kkonkludiet li s-sistema tat-tassazzjoni hija konforma mar-regoli tal-Unjoni Ewropea u  tal-Organizzazzjoni għall-Koperazzjoni u Żvilupp Ekonomiku (OECD).

 

Dalwaqt il-Fun Run! from NewsBook.com.mt on Vimeo.