Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Pogba fil-31 post tal-aktar plejers tajbin fid-dinja

Cristian  Muscat  -  14/11/17 11:04 AM

Il-plejer ta’ nofs il-grawnd ta’ Manchester United Paul Pogba spiċċa fil-31 post tal-aktar plejers tajbin fid-dinja.

Dan kien post diżappuntanti għal Pogba, li niżel 16-il post mill-aħħar votazzjoni li saret l-istaġun ta’ qabel.

Pogba inxtara mingħand Juventus għas-somma ta’ €105 miljun, erba’ snin wara li kien telaq lill-klabb minn Old Trafford.

Matul l-istaġun li għadda, Pogba rebaħ żewġ unuri domestiċi li huma l-League Cup u l-UEFA Europa League.

Wara li qatta’ żmien imweġġa’, Pogba issa huwa lest li jagħmel ir-ritorn tiegħu sabiex jerġa’ jaqbad dik il-forma li tant kien magħruf għaliha.