Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Pulpetti bl-għazz

14/11/17 09:00 AM

Riċetta ta' Karmen Tedesco

Temperatura tal-forn: 190C, 360F, Gas Mark 4

Ingredjenti:

  • 250gr għazz
  • 600ml ilma
  • 300gr patata
  • 100gr zunnarija
  • 6 sinniet tewm
  • Mgħarfa tursin
  • Mgħarfa kunserva
  • Bajda
  • Kuċċarina trab tal-kannella
  • Kuċċarina mixed spice

Metodu:

1. F'kazzola itfa' l-għazz flimkien mal-patata u z-zunnarija.

2. Sajjar fuq nar moderat .

3. Għaffeġ l-għazz, il-patata u z-zunnarija u magħhom żid it-tewm, it-tursin, il-kunserva, il-bajda u l-ħwawar u ħawwad sew.

4. Hu ftit ftit mit-taħlita, poġġihom fuq tilar tal-forn.

5. Aħmi għal 30 minuta.

Segwi aktar riċetti fuq il-programm Ta' Kulħadd ma' Christine Delicata kuljum bejn id-9am u nofsinhar u l-programm Insellimlek ma' Sonia Young kuljum bejn it-3pm u l-4:30pm fuq RTK